Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
Illum, l-Erbgħa tal-Irmied, jibda l-40 ġurnata tar-Randan, żmien li jippreparana għall-Għid il-Kbir. Nibdew ir-Randan bil-marka tal-irmied fuq rasna. L-irmied huwa sinjal li aħna m’aħna aħjar minn ħadd u li għandna ngħinu lil kulħadd. Ejja naraw dan il-filmat flimkien.
Fil-filmat rajna nies differenti jgħinu lil xulxin. L-irmied jfakkarna li aħna aqwa minn ħadd u għalhekk irridu nagħmlu mill-aħjar tagħna biex ngħinu lil kulħadd, huma min huma.
Talba
Għażiż Alla, nitolbuk għall-Randan mqaddes. Għinna nirrispettaw lill-oħrajn, dar-Randan u dejjem. Għinna niftakru li aħna kollha indaqs. Ammen