Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jixtieq l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
Nittama li kellkom biżżejjed mistrieħ matul dawn il-vaganzi. Dawn il-ġranet li għaddew ifakkruna fiż-żewġ toroq tal-ħajja li xi darba rridu nesperjenzaw - it-triq tal-ħajja u tal-mewt. Il-kultura li nirrispettaw il-mejtin qed tikber madwarna, kif ser naraw f’dan il-klipp:
Staqsi lit-tfal jieqfu għal ftit biex jaħsbu fuq dak li raw.
Ħsieb Riflessiv
Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ifakkruna fil-valur u l-impatt kbir li ħajjitna għandha fuq id-dinja. Ir-ruħ tagħna tibqa’ għaddejja. L-enerġija tagħna u t-twemmin tagħna jibqgħu ħajjin fil-qalb, fil-moħħ u fl-azzjonijiet ta’ dawk li nkunu ltqajna magħhom f’din id-dinja. Tonora lill-mejtin hija popolari ħafna f’diversi kulturi madwar id-dinja, u tippromovi d-drawwa li tagħti rispett lill-għeżież tagħna li mietu. Mod ta’ kif nistgħu nuru rispett lejn dawk li mietu hu billi dalgħodu, matul dax-xahar u għall-bqija ta’ ħajjitna, nitolbu li jsibu l-mistrieħ ta’ dejjem.
Talba
O Alla tal-ħniena, nitolbuk tagħti l-mistrieħ ta’ dejjem lill-erwieħ kollha u agħtihom id-dawl tal-fidwa tiegħek.