Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jixtieq l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen"
Introduzzjoni
Matul din is-sena waqt xi assemblies ser naqsmu ħsibijiet dwar ir-rispett. Hawn ser naraw xi ħbieb tagħna x’għandhom x’jgħidulna dwar ir-rispett.
Agħmel stedina lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi biex jaħsbu jekk humiex juru rispett lejn l-oħrajn jew le.
Ħsieb Riflessiv
Din is-sena rridu nuru rispett ukoll billi nobdu r-regoli l-ġodda tal-iskola fosthom li nilbsu l-maskri tagħna għas-sigurtà tagħna u ta’ ħaddieħor u billi nsewgu s-sinjali u l-istruzzjonijiet mogħtija mill-istaff tal- iskola. Din hija sfida għaliex rridu nagħmlu sagrifiċċji. Għadna bżonn il-kuraġġ biex ankè meta nħossuna skomdi b’diterminazzjoni nkomplu nirrispettaw lilna nfusna u lil xulxin. Għalhekk dalgħodu ser nitolbu lil alla biex jgħinna nirrispettaw lilna nfusna u lil xulxin għaliex meta nirrispettaw lil xulxin inkunu qed inħobbu lil xulxin.
Talba
Għażiż Alla nirringrazjawk għal din il-ġurnata. Id-diversità hija l-mod li bih inti turina l-meravilja ta’ idejk. Għalik aħna ikoll speċjali kulħadd bil-mod partikolari tiegħu. Nitolbu tgħinna nħobbu lil xulxin u nuru rispett lejn xulxin.