Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assemblyjindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
Nhar l-Erbgħa, 10 ta' Frar, niċċelebraw in-nawfraġju ta’ San Pawl. San Pawl vjaġġa f’ ħafna pajjiżi u kiteb ħafna ittri, bl-għann li jiġbed iżjed nies lejn Alla. li ħabna permezz ta’ Ġesu’. F’ dan il-filmat ser naraw meta iltaqa’ m’ Anania.
F’ dan il-filmat naraw lil San Pawl jsaqsi lil Anania għall-għajnuna, gwida u sapport. Anania, għalkemm San Pawl kien weġġgħa lil familtu, xorta tah l-għajnuna u San Pawl min-naħa tiegħu wera rispett lejn Anania bħala gwida. It-tnejn jagħtuna eżempju biex naħfru u ngħinu anke lil dawk li weġġgħuna. Eżempju ieħor huwa biex nirrispettaw lil dawk jigwidawna - ġenituri, għalliema, kapijiet u oħrajn. Nikbru u nkomplu nitgħallmu, iżda qatt mhu ser nitgħallmu kollox.
Talba
Għażiż Alla, permezz ta’ San Pawl, nitolbu għall-umilta’ u għar-rispett lejn dawk li jigwidawna. Nitolbuk għal qalb tajba, miftuħa għall-maħfra u ġentilezza ma’ ta’ madwarna. Ammen