Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assemblyjindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
Qatt ġralek li toħlom dwar xi ħaġa u din isseħħ verament? Dalgħodu ser insiru nafu kif permezz ta’ ħolma, tifel żgħir jismu John sar eroj ta’ veru!
Alla uża l-ħolm fil-ħajja ta’ San Ġwann Bosco biex jiggwidah, jurih u jassigurah. Ħafna mill-ħolm tiegħu kellu x’jaqsmu ma’ ħajtu u l-missjoni tiegħu. Illum spiss nisimgħu dwar eroj li jħallu effett kbir fuq dawk ta’ madwarhom. San Ġwann Bosco kien eroj ta’ veru! Il- forza u l-poteri tiegħu (is-superpowers) kienu l-qalb tajba u l-imħabba. Kultant, aħna verament nippruvaw nagħmlu minn kollox biex nimitaw lil xi ħadd famuż. Aħbar tajba għal dawk li joħolmu kbir - Alla tana l-istess poteri li ta lil San Ġwann Bosco. Aħna lkoll għandna s-superpoteri ta’ qalb tajba, tal-ġentilezza u tal-imħabba.
Dawn il-qawwiet jgħinuna biex nuru rispett lejn kulħadd. B’dawn il-poteri nistgħu nuru rispett lejn il-priġunieri u l-familji tagħhom, rispett lejn dawk bla dar u rispett lejn dawk li qed jitħabtu ma’ xi vizzju bħall-vizzju tad-droga, il-vizzju tal-alkoħol u l-vizzji tax-xiri u l-logħob. Meta nitolbu għal dawn in-nies u nuruhom qalb tajba u mħabba sinċiera, Alla jkun jista’ juri lil dawn in-nies li jħobbhom permezz tagħna. Bħalma Alla ħabb lin-nies li kienu mwarrba permezz ta’ San Ġwann Bosco hekk Alla jrid li jħobb lil kulħadd permezz tagħna.
Talba
Nirringrazzjawk, O Alla, għall-ħajja u l-eżempju ta’ San Ġwann Bosco. Nirringrazzjawk għaliex lilna wkoll inti tajtna l-qawwa biex inkunu ġentili, nies ta’ qalb tajba li nħobbu u nirrispettaw lil kulħadd. Nitolbuk tfarraġ u timla bit-tama lill-priġunieri, lill-familji tagħhom, lil dawk li jinsabu bla dar jew bla xogħol u lil dawk kollha li qed ibatu minħabba xi tip ta’ vizzju. Ammen.