Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assemblyjindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
L-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa tagħraf il-21 ta’ Marzu bħala l-ġurnata dinija ddedikata għall-persuni bid-Down Syndrome. Din is-sena, il-ġurnata ġiet il-Ħadd imma aħna xorta ddeċidejna li nġibukom konxji ta’ din il-ġurnata matul din l-assembly.
Ma tantx hemm xi nżidu mall-messaġġ tal-vidjow… Aħna lkoll speċjali imma lkoll naqsmu flimkien il-lħtiġijiet bażiċi bħall-bżonn li nħobbu u li nkunu maħbuba. Is-sejħa tagħna llum hi li nikbru u nħarsu lil hinn mid-dehra fiżika u mit-tabelli li nistgħu nagħtu lil xulxin. Is-sejħa tagħna hi li nirrispettaw lil xulxin, inklu’ lill-persuni bid-Down Syndrome u l-familji tagħhom. Aħna ngħidu ‘le’ għall-bullying fuq dawn il-persuni.
Riżorsa Addizzjonali
L-Atleta tal-Olimpjadi Speċjali li kisbet suċċess
Talba
Għażiż Mulej, aħna nitolbuk għaż-żgħażagħ u l-adulti kollha li qegħdin ikunu bullied jew li mhumiex ikunu rrispettati minħabba li għandhom id-Downs Syndrome. Aħna nitolbuk biex tagħtina l-kuraġġ biex nuru support, inħobbu u nirispettaw lil xulxin. Imla l-familji tal-persuni bid-Down's Syndrome bit-tama. Ammen.