Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assemblyjindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
Kif tafu ftit tal-ġranet ilu għadna kif sellimna (għidna bye) lis-sena 2020 u sellimna (għidna ħelow) lil din is-sena l-ġdida, l-2021. Is-soltu fil-bidu ta’ kull sena naqsmu ma’ xulxin x-xewqat u l-ħolm tagħna. Jien ser nistedinkom biex nisimgħu flimkien il-ħolm u x-xewqat ta’ dawn it-tfal u ż-żagħżagħ.
Agħmel stedina lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi biex jaħsbu fuq dak li raw.
Ħsieb Riflessiv
Dalgħodu qed nistiednek biex bħali tagħmel dawn il-ħolm u x-xewqat bħala l-ħolm u x-xewqat tiegħek ukoll. Iżda biex dan iseħħ irridu nagħtu sehemna lkoll kemm aħna. Kemm hu sew li kieku fil-bidu ta’ din is-sena, flimkien nieħdu riżoluzzjoni biex matul din is-sena nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nafdaw iktar lil xulxin konvinti li kulħadd ser jittratta lil xulxin b’rispett.
Din il-ġimgħa lIinsara ċċelebraw il-festa tat-3 rejiet li v vjaġġaw ħafna biex il-ħolma tagħhom li jaraw lil Ġesù saret realtà. It- tradizzjoni tgħidilna li Marija u Ġużeppi laqgħuhom ankè jekk dawn it- 3 slaten kienu ġejjin minn nazzjonijiet differenti. Bl-istess mod, aħna msejħin biex nilqgħu u nitrattaw lill-bnedmin tan-nazjonijiet kollha b’rispett. Madanakollu, t-tradizzjoni tgħidilna wkoll li dawn it-3 slaten urew rispett li Marija u lil Ġużeppi. Aħna wkoll jeħtieġ li nuru rispett lejn dawk kollha li jilqgħuna b’dinjità f’pajjiżhom u f’ħajjithom. Ir-rejiet ħadu magħhom ir-rigali bħala sinjal ta’ gratitudni talli laqgħuhom. Aħna wkoll nistgħu naqsmu t-talenti tagħna biex b’hekk il-ħolma kbira fejn in-nazzjonijiet kollha jkunu magħqudin fl-imħabba ssir realtà.
Talba
O Alla, nirringrazzjawk għal dawn ir-rigali li tajtna; grazzi ta’ ġurnata ġdida u sena ġdida li qatt ma għexna waħda bħalha qabel. Nitolbuk tgħinna niftħu qalbna għal xulxin u niftakru li aħna familja waħda kbira. Għinna biex ma niġġudikawx u ma nwarrbu lil ħadd biex inkunu nistgħu tassew ngħixu f’dinja mibnija fuq ir-rispett reċiproku bejn in-nazzjonijiet kollha.