Niċċelebraw bis-S
ens:
Importanti li nkunu ppreperati
Għan: Nippreparaw rwieħna għat-twelid ta’ Ġesù waqt l-Avvent.
X’ser nitgħallmu (W.A.L.T.):
Nagħrfu l-potenzjal li għandna bħala bnedmin biex b’mod ħieles nilqgħu l-Imħabba ta’ Alla f’qalbna u f’ħajjitna.
Nirriflettu fuq il-mumenti mgerfxin (messy) fil-ħajja tagħna, fl-esperjenzi li jħawwduna u fit-tamiet u l-ħolm tagħna li mhux tant ċar.
Nagħtu tifsira lil dan iż-żmien tal-Avvent.
Nirrikonoxxu l-importanza ta’ dan iż-żmien tal-Avvent.
Nevalwaw modi differenti ta’ kif nistgħu ngħixu b’ mod sħiħ dan iż-żmien tal-Avvent.
Ppt marbuta ma’ din it-taqsima
Wara li jilqa’ lill-istudenti li ser ikunu qed jipparteċipaw f’din l-attività, id-direttur spiritwali jara li kulħadd sab postu, iħalli ftit minuti fis-skiet biex kulħadd jkun jista’ jinġabar u jara li għandu l-attenzjoni tal-parteċipanti.
Id-Direttur Spiritwali jitlob lill-istudenti biex jieqfu u jaraw dan il-film qasir:
Il-ħsieb li jrid jiżvolġi wara l-vidjo:
Xi ħadd jixtieq jgħaddi xi kumment fuq dak li rajna, xi ħsieb, jew xi ħaġa li ġiet f’moħħkom?
Spazju għall-esperjenzi u l-ħsibijiet tagħhom...
Għalfejn taħsbu li llum għażilt li nibda billi nurikom dan il-vidjo?
Wara li jinġabru t-tweġibiet tagħhom naslu għall-konklużjoni li għaliex qed joqrob il-Milied.
Allura jekk il-Milied qiegħed fil-qrib mela dan iż-żmien li qegħdin fih x’insejħulu?
Iż-żmien ta’ qabel il-Milied hu l-Avvent.
Taħsbu li l-klipp li rajna għandu b’xi mod x’jaqsam mal-Avvent?
Permezz tad-diskussjoni jitwassal il-ħsieb li waqt dan iż-żmien tal-Avvent Ġesù qiegħed iħabbat fuq il-bibien ta’ qalbna. Ser inħalluh jidħol?
Wara ftit sekondi ta’ riflessjoni id-direttur spiritwali jerġa’ jistaqsi l-mistoqsija: Ser tħallih jidħol?
Jista’ jkun li dan il-vidjo klipp jgħinkom taslu għal xi tip ta’ tweġiba:
Il-ħsieb li jrid jiżvolġi wara l-vidjo:
Fuq biċċa karta ikteb kelma waħda li ġiet f moħħok wara li rajt dan il-vidjo qasir (jekk ikun hemm il-possibiltà li jintuża’ mentimeter tool il-kliem li jiktbu l-istudenti jkunu jistgħu jiġu ppreżentati b’mod aktar effettiv biex ikun jista’ jsir ħsieb dwarhom).
L-enfasi ssir fuq il-kelma messy…li forsi huma jinterpretaw bħala mgerfex jew imħawwad. Hekk il-ħsieb ta’ qabel ikun jista’ jkompli jiżvolġi:
Ser tħallih jidħol f’ħajtek u f’qalbek ankè fit-tgerfix, f’dak li forsi għalik ma jagħmilx sens, fil-ħsibijiet, fil-mistoqsijiet u d-dubji tiegħek?
Ser tħallih jiġi għandek u miegħek fit-tgerfix forsi li tesperjenza ma’ nies qrib tiegħek, familja u ħbieb?
Ser tħallih ikun parti mill-ħolm tiegħek anke jekk inti stess għadek ma tafx eżatt xi trid minn ħajtek?
Kif ser tipprepara lilek nnifsek biex tilqgħu? Dawn il-punti li joħrġu mill-vidjo jerġgħu jiġu mwassla.
Nitlob – nitkellem iktar m’a Alla dwar dak li nkun qed inħoss, dwar il-ħsibijiet tiegħek u l-ħolm u x-xewqat tiegħek.
Inħobb b’mod konkret lill-oħrajn.
Ninkoraġixxi lil min ikun qed jaqta’ qalbu.
Naqsam il-ferħ tiegħi speċjalment ma’ min jibda biex jingħalaq fir-rabja u d-dwejjaq.
Infittex li nġib il-paċi ma’ kull min niltaqa’.
Bħala konklużjoni ta’ din l-attività ser isir ftit ħin fit-talb. L-istudenti ser jiġu ggwidati biex jitolbu/jitkellmu ma’ Alla u jistaqsuh biex jgħinhom jgħixu u jiċċelebraw l-Avvent bis-sens. Dawn il-links jistgħu jintużaw bħala mużika fl-isfond waqt dan il-ħin ta’ talb.
Advent Activity 2020 Mt Middle and Secondary Years.pptx
Celebrate in Style - Malti - Middle Years.pdf