Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
Din il-ġimgħa, fl-20 ta’ Novembru, madwar id-dinja ser niċċelebraw il-Jum Dinji tat-Tfal. Illum, waqt li ser nitolbu ser inkantaw u nagħmlu l-movumenti li ser tagħmel din it-tifla fil-video clip.
It-tfal kollha madwar id-dinja jħobbu jilagħbu u jieħdu gost. Madwar id-dinja hemm tfal bħalkom li jħobbu jimmaġinnaw, jieħdu gost flimkien u jħossu li hemm min iħobbhom u lest li jieħu ħsiebhom. Meta nilagħbu nieħdu gost imma nieħdu iktar gost jekk meta nilagħbu nirrispettaw lil xulxin u ngħidu le għall-bullying.
Talba
O Alla, nirringrazzjawk għat-tfal kollha bħalna u għall-ħin sabiħ meta nilagħbu flimkien. Nitolbuk biex tieħu ħsieb lit-tfal kollha li qegħdin iħossuhom weħidhom, imweġġgħin, morda, bil-ġuħ jew imdejqa. Nitolbuk biex it-tfal kollha jsibu min iħobbhom u jirrispettahom.