Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
Din il-ġimgħa ser niċċelebraw ir-rispett lejn il-ħajja tal-annimali u n-natura selvaġġa. Ejjew naraw din id-diska flimkien.
Dawn l-annimali ma humiex bħal dawk li jgħixu fid-dar magħna. Dawn l-annimali jgħixu f’postijiet speċjali bħall-foresti, l-oċeani u l-ġungli. Aħna rridu nipproteġu lilhom u l-postijiet fejn jgħixu.
Talba
O Alla, għinna nieħdu ħsieb il-ħajja ta’ dawn l-annimali selvaġġi u l-postijiet fejn jgħixu. Ammen.