Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
Il-Ħadd li għadda, il-21 ta’ Marzu, iċċelebrajna l-ġurnata dinija ddedikata għall-persuni bid-Down Syndrome.
Fl-iskola tagħna kull persuna hi speċjali u unika. Aħna rridu ngħidu ‘le’ għal kull tip ta’ bullying. Aħna se nirrispettaw lit-tfal kollha anke lil dawk li jidhru differenti minna jew li għandhom id-Down Syndrome.
Riżorsa Addizzjonali - So...What is Down Syndrome?