Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
It-8 ta’ Marzu huwa magħruf bħala l-Jum Internazzjonali tan-Nisa. Ejjew naraw x’ser jgħidulna dawn it-tfal.
Madwarna naraw ħafna nisa li għalina huma speċjali. Dawn it-tfal semmew lil ommhom iżda nisa speċjali jistgħu jkunu n-nanniet, iz-zijiet, ġirien ommijiet li jkunu ‘foster mummies’ u ommijiet addottivi, għalliema u oħrajn; nisa li jaħdmu, li jħobbu, li jagħmlu kulma jistgħu biex joħolqu dinja aħjar għalihom, għall-oħrajn u għat tfal tad-dinja kollha.
Talba
O Alla, nitolbuk tieħu ħsieb in-nisa u l-bniet kollha madwar id-dinja speċjalment dawk li mhumiex qed jiġu rrispettati. Ammen.