L-Edukatur jew ir-Religious Counsellor itella’ stampa ta’ ġiraff imdawwar b’annimali oħra fuq l-interactive board (skond l-eta’) jew jitqassmu stampi lit-tfal b’mod individwali, laminated.
X’inti tara fl-istampa? (it-tfal jagħtu l-opinjoni tagħhom)
Ir-Religious Counsellor jew l-Edukatur jifforma web b’dak kollu li jesprimu t-tfal.
Imbagħad ir-Religious Counsellor jew l-Edukatur jirrakkonta dan il-fatt:
Il-ġiraff huwa animal speċjali.
Għandu għonqu twil, u rasu dejjem tittawwal fil-għoli.
Rasu tinsab viċin ħafna ta’ qalbu.
Minħabba f’dan il-ġiraff isibha diffiċli biex jippompja d-demm.
Il-ġiraff għandi qalbu kbira li tħabbat bil-qawwi biex tgħinnu jippompja d-demm.
Minħabba li għonqu twil u rasu dejjem ‘il fuq il-viżjoni tal-ġiraff hija wiesa’.
Jara ħafna iktar affarijiet mill-annimali l-oħra ġol-ġungla.
Għalhekk, l-annimali l-oħra dejjem jinġabru madwaru u hu jirrakuntalhom dwar dak li qed jara.
L-annimali l-oħra jafdaw fih.
Il-ġiraff huwa animal ġentili.
It-Tieni Pass: Hands-On - 15 min
Puppet ta’ ġiraff u qalb:
It-Tielet Pass: Storja - 3 mins
George the Generous by Kameron Trumbo (Pre-School)
Il-Ħin tal-Mistoqsija:
1. X’Jismu l-ġiraff tal-istorja?
2. Għaliex u fejn dan il-ġiraff kien t’għajnuna kbira?
3. Lil min qgħad jgħin Ġorġ jaqta’ l-ħaxix?
Ir-Rabà Pass: Inqabblu l-Ġiraffa mas-Samaritan it-Tajjeb - 5 mins
i. Il-Ġiraff: Is-Sammaritan it-Tajjeb
ii. Il-Kangaroo u l-annimali l-oħra (dawk li jeħtieġu l-għajnuna) – Ir-raġel li ħadulu kollox.
Rakkont tal-istorja tas-Samaritan it-Tajjeb:
The Good Samaritan I New Testament Stories I Children's Bible Stories| Holy Tales Bible Stories
Il-Ħames Pass: Logħba - Il-Ġiraff li Jħobb Jgħin - 5 mins
Ifforma kaxxa mal-art. Qassam it-tfal f’timijiet ta’ ħamsa u jiffurmaw linja (distanza bejniethom). Waqt li tkun għaddejja l-mużika il-leader tat-team (il-ġiraff) imexxi lil-oħrajn sa nofs il-kaxxa. Meta s-serp ikun se jidħul fil-kaxxa il-ġiraff joħroġ lil annimali l-oħra ‘barra mill-kaxxa u jeħodhom fuq tikek immarkati fuq gżira biex jaħarbu mis-serp. (the Giraffe) must guide the others to “walk” in the middle of the square. Meta terġa tibda l-mużika, u s-serp jitlaq, il-ġiraff inniżżel l-annimali ġol-ilma u lura fil-kaxxa. (il-post sigur). Il-leader, il-ġiraff imur wara u t-t-tifel ta’ warajh isir il-ġiraff. Din il-logħba tgħin it-tfal ikunu iktar responsabbli għas-sigurtà u tgħin jaħdmu iktar flimkien, jgħinu lil xulxin u jibqgħu fimkien waqt din il-logħba sempliċi.
Konklużjoni: Action Song - 3 mins
Love One Another. It-tfal ikantaw din il-kanzunetta filwaqt li jżommu l-puppet f’idejhom.
Yancy & Little Praise Party - Love One Another [OFFICIAL MUSIC VIDEO] from Happy Day Everyday