Hekk kif issa temmejna x-xogħol kollu marbut maż-żarmar tal-palk u dak kollu li kellna bżonn għall-musical ta’ nhar il-Ħadd, nistgħu nħarsu lura lejn l-aħħar xhur b’sodisfazzjon kbir. Minkejja li kellna nagħmlu ħafna sagrifiċċji, sibna bosta persuni li għenuna bil-mod tagħhom biex stajna ntellgħu produzzjoni bħal din.
Grazzi Marija Bambina talli żammejt idejk fuqna aħna u naħdmu sabiex kollox seta’ jmur sew u ma jweġġa’ ħadd. Nisperaw li permess ta’ dan il-musical il-messaġġ tal-imħabba tiegħek lejna wasal għand ħafna nies.
Grazzi lill-Parroċċa tat-Twelid ta’ Marija Bambina (Xaghra Parish) li emmnet fina bħala żgħażagħ Xagħrin u tatna s-sapport kollu meħtieġ biex stajna naslu. Grazzi speċjali lill-Arċipriet Mons. Carmelo Refalo tas-sostenn u fuq kollox tal-lirika meraviljuża tal-kanzunetti li smajna ‘live’.
Grazzi lid-diversi sponsors li kellna, id-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex (Cultural Heritage Directorate, Ministry for Gozo), il-Kunsill Lokali tax-Xagħra (Xagħra Local Council), Magic Steps Gozo u Dolceria Ropa.
Grazzi lid-diversi kantanti li mmeraviljawna bil-vuċijiet indimentikabbli tagħhom. Grazzi lil-atturi li wasslulna l-messaġġ tal-istorja, liż-żeffiena li mlew il-palk u tawh il-ħajja biż-żfin. Grazzi lix-Xagħra Historical Reenactment Organisation talli ħadu sehem u anke sellfuna kostumi u props. Grazzi lil David Agius (Hush Studios) tar-ritratti sbieħ li ħa matul is-serata.
Grazzi lill-Pro Stage Sound għas-sound u lil Beam Lighting by Chris Gauci għad-dawl.
Radd ta’ ħajr ukoll lil: Kumitat Ċentrali tal-Festa, Xagħra Youth Centre, Għaqda Abbatini Xagħra, Azzjoni Kattolika Xagħra, Ġuża Azzopardi, Għaqda Briju 1973, Joseph Bartolo, Radju Bambina, Richard Grech, Mark Laurence Zammit, Dun Joseph Bajada, Marvick Bajada Video Productions, Marvic Xerri, Ġanni Attard, Raymond Bonello, Raymond Attard, Anthony George Micallef, Simon Mizzi, Carl Hili, Road Constructions Ltd., Victor Bajada, MUSEUM Subien Xagħra, ERRC, Jacqueline Azzopardi, Agnes Mizzi.
Grazzi lir-residenti tal-inħawi tal-mitħna li għal diversi ġranet ħadu paċenzja bina meta għalaqna l-aċċess minn Triq il-Bambina għal Triq il-Mitħna u anke ttolleraw l-istorbju meta konna għaddejjin bil-provi.
Żgur li kien hemm ħafna aktar nies li għenuna b’diversi modi u ta’ dan ngħidulkom grazzi. Finalment grazzi kbira lill-mijiet ta’ persuni li ġew u segwew il-musical. Il-preżenza tagħkom imlietna b’ħafna sodisfazzjon. Jalla nerġgħu niltaqgħu fil-futur qarib għal avveniment ieħor mimli talenti u arti.
Konna tim sabiħ ħafna li ħadem tajjeb flimkien. Kien għalhekk li fi żmien pjuttost qasir irnexxielna ntellgħu din il-produzzjoni. Allura bix-xieraq li ngħalqu billi nirringrazzjaw lill-crew kollu li ħadem ħafna minn wara l-kwinti.
It-tim
VIII Settembre
31 ta’ Awwissu 2022