Ruth jiena. Omm Rebecca u l-mara ta' Daniel. Jien mara tad-dar, dan hu xogħli. Iva, insejjaħlu xogħol għax tassew huwa xogħol. Nagħmel minn kollox biex nara lill-familja tiegħi kuntenta u komda. Lil Rebecca nħobbha daqs id-dawl t'għajnejja. Tfalja intelliġenti u li tagħmel kollox mill-aħjar li tista', speċjalment l-iskola. M'iniex xi waħda tas-sorpriżi għax inkun irrid nippjana kollox minn qabel. Lil Daniel naqlalu l-bażwa fuq hekk għax qatt ma nħallih jippjanali xejn miskin! Narakom nhar il-Ħadd li ġej mela.