Jien Roża. L-akbar waħda fl-età ... u l-aktar waħda li rajt f’ħajti. Ħafna esperjenzi u ġrajjiet li għallmuni ħafna u għenuni nifhem aħjar il-ħajja. Ma kinitx dejjem faċli għalija, anzi kien hemm mumenti fejn kont naħbat naqta’ qalbi. Imma x’inhi l-ħajja mingħajr sfidi? Il-kwistjoni kollha hija li ma tħallihomx jaqtgħulek qalbek ... u tibqa’ temmen dejjem.