Wara d-djaknu kien imiss lili, l-arċipriet. Għalija l-festa tfisser jiem li jkunu mpenjattivi ħafna. Hemm ħafna preparamenti marbutin ma' dawn il-jiem, pero huma jiem sbieħ ħafna. Tara r-raħal jingħaqad biex jiċċelebra lil Marija Bambina. Nemmen ħafna li dawn huma jiem ta' barka u ġid għar-raħal tagħna u allura nkun ħerqan għalihom. Il-figura ta' Marija Bambina hija ta' ispirazzjoni għal kull wieħed u waħda minna, speċjalment għal dawk li jkunu qed jaqtggħu qalbhom quddiem l-iebes tal-ħajja.