Jiena d-djaknu li ser inkun qed immexxi l-ħsibijiet matul in-novena tat-tfal fil-musical. Għal dawn l-aħħar snin, il-ħsibijiet tan-novena tat-tfal qed ikunu f'idejn id-djaknu jew djakni li jkunu ġew ordnati f'dik is-sena. In-novena hija element speċjali fil-preparazzjoni għall-festa tax-Xagħra. Ħafna tfal flimkien mal-familji tagħhom jinġabru għan-novena fid-9.00am. Ma tkunx festa kompluta mingħajr dan l-element. Żgur li jsir ħafna ġid f'dawn in-noveni u hekk ikollna ġenerazzjonijiet futuri li jgħarfu kemm il-Bambina dejjem lesta li tidħol għalina u l-eżepmju tagħha jimliena bil-ħeġġa biex ngħixu bl-aħjar mod il-fidi tagħna.