Kif intom? Jien Daniel, Daniel ta' Kalanġ jafuni nsomma. Miżżewweġ u għandi tifla. Ilni miżżewweġ issa kważi 30 sena. Kuntenti, kultant ingergru xi tnejn imma mill-bqija mexjin. It-tifla issa qed tikber. Nifraħ naraha taħdem u tistinka biex tasal 'il quddiem fil-ħajja. Aħna lilha għandna u allura Rebecca tfisser kollox għalina.