Il-Brevjar

Il-Liturġija tas-Sigħat bil-Malti

Il-Liturġija tas-Sigħat bil-Malti (Brevjar), bl-għażla ta' diversi ċelebrazzjonijiet għal kuljum, hekk kif insibu fl-Ordni għaċ-Ċelebrazzjoni tal-Liturġija tas-Sigħat (Ordo).

Link għas-sit laikos.org jagħti l-qari tal-Quddiesa tal-jum.

Xi istituti reliġjużi jistgħu jagħżlu menus tagħhom mill-paġna Settings.

Storja tal-App

Tħajjart nibda naħdem fuq din l-App meta bdejt nara patrijiet anzjani jisfurzaw biex jaqraw il-Brevjar u jilmentaw għax isibuh tqil wisq biex iżommuh f'idejhom. Għamilt l-ewwel pass għall-ħabta tas-sena 2014 imma fil-fatt anqas bdejt. Il-Proġett tallum bdejtu fl-2016 bħala sussidju għalina l-Patrijiet Minuri għat-talba tal-Brevjar. Kelli nikseb diversi ħiliet li ma' kellix u nitlob l-għajnuna diversi drabi għax waħdi ma' kontx nasal.

Illum nista' ngħid li naf iktar kif inhi msawra din it-talba tal-Knisja u, nittama, nitlobha aħjar!

Inrodd ħajr lid-diversi voluntiera li matul is-snin għenuni f'parti jew oħra ta' dan il-proġett. Niżżi ħajr lil Alla li wasalt sal-punt li nista' noffri din l-App għall-pubbliku.

Sliem u Barka!

p. Walter Vassallo OFM

Gwida għall-Użu tal-App

Mistoqsijiet?

Jekk xi ħadd jixtieq jagħmel xi suġġerimenti jew għandu xi mistoqsijiet jista' jibgħatli email.