OMMNA MARIJA Ittra marjana ta' kull xahrejn maħruġa mill-kumitat djoċesan tal-madonna ta' fatima - malta biex twassal il-Messaġġ ta' Fatima FL-EWWEL SIBT TAX-XAHAR Id-devoti tal-Madonna jieħdu sehem fiċ-Ċenaklu Marjan: · Quddiesa bl-omelija fuq il-Messaġġ ta’ Fatima; u · Rużarju meditat quddiem Ġesù Sagramentat espost. fl-4.00p.m., fid-Dar tal-Kleru, B’Kara Il-Verġni Mqaddsa qalet lil Luċija: "Ġesù jixtieq .... jagħmilni magħrufa u maħbuba. Ġesù jrid iwaqqaf fid-dinja d-devozzjoni lejn il-Qalb Bla Tebgħa tiegħi. Jiena nwiegħed is-salvazzjoni lil dawk kollha li jħaddnuha, u dawn l-erwieħ ikunu maħbubin minn Alla, u jkunu bħal fjuri mqiegħdin minni biex iżejnu t-tron Tiegħu." "Ħares, binti, lejn Qalbi miksija bix-xewk li bid-dagħa u l-ingratitudni taghħhom, in-nies ingrati il-ħin kollu jinfduni bihom. Għalinqas, inti pprova farraġni u għid li jiena nwiegħed li, waqt is-siegħa tal-mewt, ngħin bil-grazzji meħtieġa għas-salvazzjoni lil dawk kollha li, bil-fehma li jagħmlu tpattija għalija fl-Ewwel Sibt tax-Xahar għal ħames xhur wara xulxin iqerru, jitqarbnu, jgħidu ħames posti tar-rużarju, u għal ħmistax-il minuta jagħmlulha kumpanija billi jimmeditaw il-misteri tar-Rużarju. ________________________________________________________________ Fl-ewwel dehra, l-Anġlu qal lir-ragħajja ż-żgħar biex jtolbu hekk: “Alla tiegħi, jiena nemmen fik, nadurak, nitma fik u nħobbok. Nitolbok maħfra għal dawk li ma jemmnux fik, ma jadurawkx, ma jittamawx fik u ma jħobbukx.”
Fit-tieni dehra ta’ l-Anġlu qalilhom: “ ... Itolbu! Itolbu ħafna! ... Offru bla heda talb u sagrifiċċji lill-Iktar Għoli!” “Għamlu minn kull ma tistgħu sagrifiċċju, u offruh lil Alla bħala att ta' tpattija għad-dnubiet li bihom Hu offiż, u bħala talba għall-konverżjoni tal-midinbin. B'hekk intom tiġbdu l-paċi fuq pajjiżkom. ... Qabelxejn, ilqgħu u stabru b'sottomissjoni t-tbatijiet li l-Mulej għad jibgħatilkom".
Meta l-Anġlu deher għat-tielet darba għallimhom din it-talba: “L-iktar Imqaddsa Trinità, Missier, Iben u Spirtu s-Santu, nadurak profondament, u noffrilek il-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinità l-iktar għeżież ta’ Ġesù Kristu, preżenti fit-tabernakli kollha tad-dinja, bi tpattija għall-profanazzjonijiet, sagrileġġi u ndifferenza li bihom Huwa offiż. U, għall-merti nfiniti tal-Qalb l-Iktar Imqaddsa Tiegħu, u tal-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, nitolbok il-konverżjoni tal-imsejkna midinbin.” Att ta’ Tpattija lill-Qalb Bla Tebgħa ta' Marija
Verġni l-Iktar Qaddisa Marija u Ommna l-għażiża, waqt li turina qalbek imdawwra bix-xewk, simboli tad-dagħa u l-ingratitudni li bihom in-nies ingrati jħallsu lura l-għożża ta’ mħabbtek, inti tlabtna nfarrġuk u nagħmlu tpattija. Malli nisimgħu t-tnehid tiegħek aħna nixtiequ nagħmlu tpattija lill-Qalb Bla Tebgħa u imnikkta tiegħek, li l-bnedmin ħżiena jinfdu bix-xewk ippuntat ta’ dnubiethom. Aħna rridu b’mod speċjali nagħmlu tajjeb għad-dagħa kontra t-Tnissil Bla Tebgħa u l-Verġinità Mqaddsa Tiegħek. Ħafna nies jiċħdu li inti l-Omm ta’ Alla u lanqas biss iridu jaċċettawk bħala l-Omm għażiża tal-bnedmin. Oħrajn, li ma jistgħux joffenduk direttament, iferrgħu l-mibgħeda bla rażan tagħhom fuq ix-xbihat qaddisa tiegħek. Aħna naraw ukoll lil min ifittex inissel indifferenza, stmerrija u saħansitra mibgħeda lejk, fil-qlub tal-bnedmin, speċjalment fil-qlub tat-tfal innoċenti. Verġni l-Iktar Qaddisa, għarkupptejna f’riġlejk, aħna nixtiequ nuru n-niket tagħna għal dawn l-offiżi kollha u nwiegħdu li nagħmlu tpattija bis-sagrifiċċji, t-Tqarbin u t-talb tagħna, għad-dnubiet kollha ta’ dawn, uliedek ingrati. Filwaqt li nagħrfu li aħna stess mhux dejjem nikkorrispondu ma’ dak li inti tistenna minna u lanqas ma nweġġħuk u nħobbuk bħala Ommna, aħna umilment nitolbuk taqlgħalna l-ħniena u l-maħfra ta’ dnubietna. Aħna nitolbu għall-uliedek kollha, u speċjalment għalina stess, li nikkonsagraw ħajjitna kollha kemm hi lill-Qalb Bla Tebgħa tiegħek. Aħna nittamaw li dik l-istess Qalb tkun il-kenn tagħna fit-taħbit u t-tentazzjonijiet tal-ħajja, u li tkun it-triq li twassalna għand Alla. Ammen. Att ta' Konsagrazzjoni lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ MarijaVerġni Marija, Omm Alla u Ommna, aħna nikkonsagraw lilna nfusna lill-Qalb Bla Tebgħa tiegħek, f’att ta’ offerta sħiħa lil Mulej u billi nintelqu għalkollox f’idejh. Minnek aħna nkunu mmexija lejn Kristu ibnek u l-iben il-waħdieni ta’ Alla, u minnu u bih inkunu mmexxija lejn il-Missier Etern tiegħu. Aħna nimxu fid-dawl tal-fidi, tat-tama u tal-imħabba sabiex id-dinja tista’ temmen li Ġesù huwa l-Mibgħut mill-Missier biex jagħtina l-Kelma Tiegħu u aħna, bħala l-ambaxxaturi Tiegħu, nwasslu l-għarfien u l-imħabba Tiegħu sa truf l-art. B’hekk taħt il-ħarsien matern tal-Qalb Bla Tebgħa Tiegħek aħna nkunu poplu wieħed ma’ Kristu, mifdijin bil-mewt Tiegħu u xhieda tal-Qawmien Tiegħu, u minnu mmexxija lejn il-Missier għall-glorja tat-Trinità l-iktar Qaddisa li aħna naduraw, infaħħru u nbierku. Ammen. _____________________________________________________________________________ Għajnuniet: - · bibbjakattolka Bibbja · bibbjatestment il-qadim Testment il-Ġdid · bibbjaTestmentilgdid Testment il-Qadim · issliem .............................. · messaggtafatima Messaġġ ta' Fatima · ommnamarija OMMNA MARIJA
http://fatimamessage.blogspot.com/ Il-Messaġġ tal-Madonna ta’ Fatima http://qimamarjana.blogspot.com/ Il-Qima Lejn il-Verġni Marija Omm Alla http://twemmin.blogspot.com/ Twemmin Fi Kristu u fil-Knisja Kattolika http://tifkiriet.blogspot.com/ Tifkiriet
http://www.youtube.com/watch?v=hfl7D2l8mgw Via Lucis http://www.youtube.com/watch?v=Bk75zV1QYTw Il-Milied http://www.youtube.com/watch?v=IBxMr2kxidA Christmas
http://www.universalis.com/100/index.htm Daily Liturgy http://www.dailygospel.org/main.php?language=AM Daily Gospel
WebRep Overall rating WebRep Overall rating WebRep Overall rating WebRep Overall rating WebRep Overall rating WebRep Overall rating |