Living Jesus

Living Jesus - Mixja ta' Formazzjoni

Nistiednu lit-tfal jiskopru l-ġmiel tal-Evanġelju u li permezz tiegħu jindunaw u jħossu li huma maħbubin minn Ġesù.

Il-Parroċċa Marija Mtellgħa s-Sema, l-Imġarr trid tirrispondi għas-sejħa li ngħinu lit-tfal (flimkien mal-familji tagħhom) biex jiltaqgħu mal-persuna ta’ Ġesù. B’dan il-mod il-katekeżi hija esperjenza ta’ komunità li tgħix fl-imħabba u l-ferħ tal-Vanġelu. Il-katekeżi trid tkun waħda li tappella għat-tfal, b’attivitajiet li jħobbu jagħmlu t-tfal u li tkun indirizzati lejn iċ-ċelebrazzjoni tal-fidi, b’mod partikulari fil-liturġija. B’hekk il-katekeżi tpoġġi fil-qalb tat-tfal il-konvinzzjoni li the Church is fun.

Mill-Ewwel Ġurnata tal-Katekeżi 2021-2022:

Alla tana ġisimna biex nieħdu ħsiebu

Sezzjonijiet tal-First Aid

Inkunu kreattivi u napprezzaw l-oħrajn

Sezzjonijiet tal-Crafts

Nesprimu l-fidi billi naħdmu flimkien

Sezzjonijiet tat-Tisjir

Il-mixja formattiva trid twassal lit-tfal biex bħala komunità jiċċelebraw flimkien il-Liturġija, b'mod speċjali l-Quddiesa.

Ġranet u Ħinijiet

1. Year 1 Il-Ħamis mill-4:30pm sal-5.15pm

2. Year 2 (L-Ewwel Tqarbina) Il-Ħamis mill-4.45pm sas-5.45pm

3. Year 3 sa 6 Is-Sibt mill-5.00pm sal-Quddiesa tas-7.00pm

4. Year 7 (Griżma)Il-Ġimgħa mis-6.30pm sas-7.30pm

Importanti li nirrispettaw il-ħinijiet u l-miżuri kollha.

Kalendarju għas-Sena Kateketika 2021-2022

L-Ewwel Term

l-1 u 2 Sena

l-14 t’Ottubru

Il-21 t’Ottubru

It-28 t’Ottubru

l-4 ta’ Novembru

Il-11 ta’ Novembru

It-18 ta’ Novembru

Il-25 ta’ Novembru

It-2 ta’ Diċembru

Id-9 ta’ Diċembru

Mit-3 sas-6 Sena

is-16 t’Ottubru

It-23 t’Ottubru

It-30 t’Ottubru

Is-6 ta’ Novembru

It-13 ta’ Novembru

L-20 ta’ Novembru

Is-27 ta’ Novembru

l-4 ta’ Diċembru

Il-11 ta’ Diċembru

Is-7 Sena

il-15 t’Ottubru

It-22 t’Ottubru

Id-29 t’Ottubru

Il-5 ta’ Novembru

It-12 ta’ Novembru

Id-19 ta’ Novembru

Is-26 ta’ Novembru

It-3 ta’ Diċembru

l-10 ta’ Diċembru

Attivitajiet Importanti fl-Ewwel Term

Ftuħ tas-Sena tal-Katekeżi 2021-2022

Il-Ħadd, 10 t' Ottubru, quddiesa speċjali animata għat-tfal, li fiha jsir l-mandat tal-katekisti. Wara l-quddiesa jsir tberik tal-Oratorju u Open Day.

Jkun hemm xi attivitajiet u ikel fl-Oratorju

Ġurnata Missjunarja 2021

Il-Ħadd, 24 t'Ottubru

Minn qabel se jitqassam Karus ta' Mħabba b'risq il-Missjoni.

Novena u Party tal-Milied 2021

Fil-5.30pm it-Tfal ikunu miġurin għall-festin tal-Milied organizat mill-Parroċċa u wara, fis-7.00pm, flimkien mal-familji tagħhom, it-tfal jinġabru fil-Knisja għan-Novena tal-Milied, skont il-ġranet:

15 ta' Diċembru - l-1 u t-2 sena

16 ta' Diċembru - it-3 u r-4 sena

17 ta' Diċembru - is-7 sena

20 ta' Diċembru - il-5 u 6 sena