BEJN KLIEM U STORJA

Introduzzjoni

Dan  il-ktieb hu maħsub biex jibni parti minn glossarju viżiv u enċiklopediku  li jagħti tagħrif dwar suġġetti u kliem meħuda mill-istorja ta’ Malta, bil-karatteristiċi u d-drawwiet tal-imgħoddi.

Il-ktieb jiġbor mas-sitt mitt suġġett relatati ma' kull qasam tal-ħajja u l-mewt ta’ żminijiet oħra.   Dawn id-deskrizzjonijiet huma miktuba f'paragrafi żgħar li jidħlu fid-dettalji ta' kull rokna tal-istorja u l-kultura ta’ dawn il-gżejjer.  Fil-ktieb insibu tagħrif u aneddotti dwar:         

Termini agrikoli, militari, marittimi, ekkleżjastiċi u artiġjanali    

            Toponimi tal-ibliet, l-irħula u nħawi oħra               

            Idjomi, qwiel u skrizzjonijiet barranin

            Drawwiet antiki mill-ħajja ta’ kuljum

            Twemmin, leġġendi u  folklor 

            Episodji partikolari  mill-istorja 

            Kliem antik jew minsi

            Kurżitajiet oħra


L-awtur tal-ktieb Bejn Kliem u Storja huwa ggradwat fl-Universita' ta’ Malta fis-suġġett li tant iħobb: l-Istorja. Ma’ dan is-suġġett Martin Morana studja wkoll l-antropoloġija kif ukoll l-arkeoloġija.

Il-ktieb jispjega  600 suġġett b'65,000 b'kelma f'256 paġna  bi 350 ritratt bil-kulur -                         

Qies : A 5 (21.5 x 15 ċm) - Qoxra: ratba




emejl :     mohba2007@gmail.com


Subpages (1): [Untitled]
Comments