ŻGĦAŻAGĦ KARMELITANI
Żmien ilu, grupp ta’ nies, xtaqu jagħmlu esperjenza mill-qrib ta’ Alla, u għażlu bħala mudell tagħhom lil Elija l-Profeta. Għalhekk inġabru fl-għoljiet tal-Karmel qrib l-għajn fejn kien jgħix il-profeta Elija. Hemm huma kienu jgħixu flimkien bħala aħwa ta’ xulxin u ta’ Marija Omm Alla. Kien minn hemm li ħadu l-isem ta’ L-Aħwa tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmel.
Żgħażagħ tal-Għajn ta' Elija
L-għan ta’ dan il-grupp hu li nixorbu mill-għajn tal-Kelma t’Alla, u flimkien nikbru fil-mixja tagħna wara Kristu: bħal Marija nkunu dixxipli ta’ Ġesù, u bħal Elija nkunu xhieda tal-preżenza t’Alla, li flimkien bħal aħwa nkunu qed ngħixu fil-ħajja tagħna.
Dan isir billi nibnu l-ħajja tagħna kuljum fuq il-Kelma t’Alla: b’ħajja ta’ talb fil-ġabra tagħna nfusna weħidna miegħu, u flimkien; nagħtu sehmna fil-ħajja ta’ xulxin, li permezz ta’ Ġesù aħna ulied l-istess Missier; u fil-qadi tagħna għall-ħtiġijiet tal-proxmu tagħna fil-bżonn.
Dan jitlob minna impenn, li nħossuna u nkunu komunità miġburin flimkien fl-għaqda fraterna permezz ta’ Kristu fostna, u li nfittxu li niltaqgħu flimkien u nieħdu ħsieb xulxin.
l-laqgħat tagħna jsiru darba fil-ġimgħa u jkunu mqassmin b’dan il-mod:

Lectio Divina
Nitolbu flimkien permezz tal-Kelma t’Alla.
Formazzjoni
Insiru nafu aħjar l-ispiritwalità Karmelitana, u nieħdu bis-serjetà l-impenn nisrani.
Diskussjonijiet
Mumenti biex nitkellmu u naqsmu l-esperjenzi ma' xulxin.