Xejn ma jonqosni R. Il-Mulej huwa r-ragħaj tiegħi l-ebda ħaġa ma tonqosni, f'megħrat ħodor iserraħni, l-ilm' hu ħiemed fejn jeħodni minħabb' ismu hu jaħjini, fi triq sewa imexxini. Mqar jekk nimxi f'Wied id-Dalma, l-ebda ħsara ma tbeżżani, għax int miegħi, il-għasluġ u l-ħatar tiegħek iwennsuni. /R. Inti tħejji ikl' għalija, w dan biswit l-għedewwa tiegħi. B'żejt ifuħ tidlikli rasi, l-kalċi tiegħi tfawwarhuli. /R. Tjieba w ħniena jimxu miegħi kemm itul il-għomor tiegħi. F'dar Mulejja nibqa' ngħammar sa' ma jibqa' jtini l-ħajja. /R. |
