Tina Qalbek, Mulej
Kliem: René
Micallef sj, fuq talba ta’ San
Klawdju La Colombière, u Għanja 8, 6
Kemm il-darba
il-biża jimlilna qlubna
U jibdilhom fi
qlub ġeblija.
Mulej Alla,
x’sejjer tagħmel biex tirbaħna mill-ġdid
U tagħtina
qlub li jagħdru, qlub li
jdellu bit-tjubija.
Tina ‘l
Qalbek, Ġesù, dik qalbek ħanina!
Ejja, Qalb li
tiġbdilna ‘l qlubna!
Poġġi qalbek,
ja Mulejja, hemm fil-qalba tal-qlub
U kebbisna
bil-ħuġġieġa ta’imħabbtek ġewwa fina.
Kun bħal siġill, fuq qlubna, fuq
dirgħajna,
U agħfasna fuq qalbek, fuq
dirgħajk.
Għax il-qawwa tal-imħabba
m’hemmx x’iżommha,
Hija tisboq saħansitra ‘il-mewt.
Kattar fina
l-imħabba għall-bnedmin ħutna.
Ħalli ngħożżu
lil min hu mwarrab,
Min hu waħdu,
min hu mnikket, min ibati bil-ġuħ,
Min hu mtarraf
minn pajjiżu, min ġo sodda qed jitkarrab.
F’qalb
il-fqajjar insibu l-preżenza tiegħek
U fi ħbiebek inħobbu
lilek.
B’dik
il-qawwa, b’dik il-ħeġġa, u b’dik l-intensità
Li biha
ngħożżuk, agħtina illi nħaddnu wkoll lil ħutek.
Kun bħal siġill, fuq qlubna, fuq
dirgħajna,
U agħfasna fuq qalbek, fuq
dirgħajk.
Għax il-qawwa tal-imħabba
m’hemmx x’iżommha,
Hija tisboq saħansitra ‘il-mewt.
(Strumentali)
Għammar fija, fis-satra,
bl-Ispirtu tiegħek
Sabiex
tħabbat, dil-qalb, ma’ Qalbek.
Fik ħa’ nibqa’,
ħalli ħajti inqattagħha għalik,
Sabiex miegħek
ngħix għal dejjem, u ma’ħbiebek, ġewwa darek.
Kun bħal siġill, fuq qlubna, fuq
dirgħajna,
U agħfasna fuq qalbek, fuq
dirgħajk.
Għax il-qawwa tal-imħabba
m’hemmx x’iżommha,
Hija tisboq saħansitra ‘il-mewt.