L-offerta tal-ġurnata
verżjoni poetika tat-talba uffiċjali l-ġdida
- ara s-sit tal-Appostolat tat-Talb.
Ngħolli lejk dal-jum, u noffrilek,
Lilek, Missier, Alla u Sid,
Ħsibijieti, talbi u kliemi,
Il-ħidmiet, il-ferħ, it-taħbit.
Noffrulek ħajjietna
Magħqudin m’Ibnek Ġesù
Li qalbu
ħelwa w umli.
Biex nitqarrbu lejk ġie jeħlisna
Ibnek il-Waħdieni, Ġesù,
Hu li joffri fl-Ewkaristija
Lilu nnifsu kollu kemm hu.
Noffrulek ħajjietna
Magħqudin m’Ibnek Ġesù
Li qalbu
ħelwa w umli.
Ħa’ jmexxini l-Ispirtu s-Santu,
Dak li mexxa ‘l Kristu fit-talb.
Ħa’ jimlini b’qawwa biex nuri
Kemm, lill-ħuti, tħobbhom mill-qalb.
Noffrulek ħajjietna
Magħqudin m’Ibnek Ġesù
Li qalbu
ħelwa w umli.
Dik li qaltlek ‘iva’, Marija,
Titlob miegħi. L-omm tal-Mulej
Tgħinni nagħraf x’teħtieġ id-dinja,
Tqiegħedni ma’ġenb binha, l-Qaddej.
Fuq kollox noffrulek
Talb imħeġġeġ għall-fehmiet
Tal-papa u tal-isqfijiet.
