Meta ruħi ma ssibx fejn tistrieħ, meta moħħi maħkum mill-ħsieb, met' għajnejja jindilku bid-dmugħ, meta gismi jirtgħod għax-xemx, hemm niftakar fik, meta - qalb is-sema griż - qalbek inqasmet mal-karba: "Eloï, Eloï, lema sabaqtani? Eloï! Eloï! Eloï!" Meta f'xifer, id-dinja tkun, meta jien maħbub ma nkunx, hemm niftakar fik, meta Int - bejn sema w art - qalbek inqasmet mal-karba: "Eloï, Eloï, lema sabaqtani? Eloï! Eloï! Eloï!" Għajnejja, araw quddiem din it- tbatija li kollox sar għalija! Niftakar fik hemm minxur fuq is-salib: http://www.jesuit.org.mt/prayer/songs/niftakar_fik.mp3qalbi, tinqasam f´dal-kliem: "Eloï, Eloï, Int sa l-aħħar taż-żmien miegħi! Eloï! Eloï! Eloï! Eloï! Eloï! Eloï!" |

