Kant għall-Liturġija

Recent site activity

Magħżulin fi Kristu - Ef 1



Magħżulin fi Kristu (Ef 1, 3-8)

René Micallef

Imbierek Alla w Missier Sidna Ġesù
li fis-sema imliena b'kull b'barka għal ruħna.
Faħħru lil Alla u roddulu ħajr għax għamel magħna ħwejjeġ kbar.

Fih hu għażilna qabel ma ħalaq id-dinja
ħa nkunu safja quddiemu fl-imħabba.
Faħħru lil Alla u roddulu ħajr għax għamel magħna ħwejjeġ kbar.

Iddestinana minn qabel biex inkunu
ulied adottivi, wild tiegħu fi Kristu.
Faħħru lil Alla u roddulu ħajr għax għamel magħna ħwejjeġ kbar.

Fih għandna l-fidwa u l-maħfra tad-dnubiet b'demmu
skont l-għana tiegħu li biha fawwarna.
Faħħru lil Alla u roddulu ħajr għax għamel magħna ħwejjeġ kbar.

Attachments (1)

  • Maghzulin fi Kristu (Ef 1).mp3 - on Sep 15, 2008 3:27 PM by René Micallef (version 1)
    1500k Download