Mulej Alla tiegħi, lejk nerfa' ruħi jien, Fik biss jien nittama, fik qalbi ssib is-sliem, Is-sliem li ma nfiehemx fi kliem. Urini il-mogħdija li fiha tterraq int, Biss meta nsir nafha naraf naħrab is-sqaqien. Jien tfajjel fuq ħoġrok, għallimni s-sewwa tiegħek, ħeġġiġni, Mulej, ħellies tiegħi. Għalik nixxennaq tul il-jum, it-tama' tiegħi fik. Fawwartni bit-tjiebu w l-imħabba tul is-snin, F'dirgħajk imberrħa nsib mistrieħ. Tassew li jiena midneb, li milt lejn it-telfien, Biss meta ddur lejna, la tqisnix ta' dak li jien. Agħdrini w dellilni, arani f'dawl tjubitek Li xxejjen għal kollox dnubieti. Jahweh imfawwar f'tjieba u ħaqq, Iill-ħatja ma jistmellx, Imawwar fi triqtu l-imsejkna u l-fqajrin F'ġieħ ismu jaħfer lil ħatjin. Ta' dawk li lilu jweġġħu hu midħla il-Mulej, René Mario MicallefMinn xibket il-għadu jeħilsilhom ir-riġlejn. Kull demgħa f'għajnejhom jimsħilhom b'idu ħelwa U l-hena u s-sebħ ikattrilhom. |
