Aħna il-Ġens ta' Alla, l-Knisja miexja fiż-żmien, aħna ilkoll familja waħda tterraq flimkien. Ġejna biex naqsmu l-Ħobż w intennu bla waqfien li il-Għajn tagħna hu Alla s-Sid ta' kull Ħolqien. Tiġi Saltnatek ta' mħabba w ta' sliem,
li twaqqaf il-bniedem fuq riġlejh. Kebbsilna qlubna bit-tama, bin-nar, ħa nibnu lkoll dis-Saltna miegħek, ħalli minn issa w għal dejjem Mulej, nidħlu fl-Hena u fis-Sebħ tiegħek. Ġisem ta' Kristu, l-poplu li jingħaraf fil-qsim, naħdmu flimkien ħa ntaffu l-ġuħ ta' ħutna l-bnedmin. Ġejna biex naqsmu l-Ħobż, w intennu bla waqfien li mill-Mulej li tlaħħam ilkoll miġjubin. Tiġi Saltnatek ta' mħabba w ta' sliem,
li twaqqaf il-bniedem fuq riġlejh. Kebbsilna qlubna bit-tama, bin-nar, ħa nibnu lkoll dis-Saltna miegħek, ħalli minn issa w għal dejjem Mulej, nidħlu fl-Hena u fis-Sebħ tiegħek. Aħna il-Maqdes ta' l-Ispirtu s-Santu, nebbieħ, rokna ta' kenn fejn wieħed jaqsam l-ħena, l-uġieh. Ġejna biex naqsmu l-Ħobż, w intennu bla waqfien li s-saħħa tagħna f'Alla, l-faraġ u l-mistrieħ.
Tiġi Saltnatek ta' mħabba w ta' sliem,
li twaqqaf il-bniedem fuq riġlejh. Kebbsilna qlubna bit-tama, bin-nar, ħa nibnu lkoll dis-Saltna miegħek, ħalli minn issa w għal dejjem Mulej, nidħlu fl-Hena u fis-Sebħ tiegħek. |
