It-Tallab Kliem: René Micallef, fuq poeżija ta´ D. Rimaud Mużika: René Micallef, b'incipit meħud minn E. Daniel Cf: (1) Lq 8, 16-18 - (2) Ġw 4 - (3) Lq 12, 49-53 - (4) Mt 13, 45-46; Lq 15, 11-32 - (5) At 3, 1-10 Waqt li ninsab nittallab ħa jfiġġ il-jum, ser nagħlaq idejja fuqek bħalma wieħed jaħfen musbieħ tul il-lejl. Tallab miġjet il-għodwa ser nilqgħek f'dawn l-idejn, u inti ssir id-dawl li jħoll id-dlam ta' billejl. Waqt li ninsab nittallab tama għall-futur, se nwaħħad idejja f'bieqja bħalma wieħed jixrob fil-qilla tax-xemx. Tallab miġjet it-tama ser nilqgħek f'dawn l-idejn, u inti tgelgel fija għajn ta' tama w ta' ferħ. Waqt li ninsab nittallab ħeġġa w nirien, se nxiddek fuqi w nitgezzez bħalma wieħed jaħfen il-kutra fil-ksieh. Tallab ħeġġet il-fjam-mi se ndawrek dawramejt, u inti tkebbes f'qalbi n-nar li jqabbad il-qlub. Waqt li ninsab xewqan li tiġi fil-qrib se nieħdok f'idi bil-għożża bħalma waħda taħfen ġojjel tal-maħbub. Xewqan li tiġi għandi ser ngħożżok f'dawn l-idejn, u inti tberbaq ġidek ma' dal-ħali li jien. Waqt li ninsab għatxan għalik ja Mulej, se nirċevik f'dawn l-idejn iżd' huwa inti dak li jilqani f'idejh. Għatxan għalik, Mulejja ser nilqgħek f'dawn l-idejn, ħa nsir jien il-mibgħut għand it-tallaba w il-fqar. |
