Glorja 'l Alla fil-għoli tas-sema, w paċi fl-art lill-bnedmin li il-Mulej iħobb. Infaħħruk, inberkuk, nagħtuk qima, ġieħ nagħtuk, ħajr niżżuk għas-sebħ tiegħek, ta' kobor bla qjies. Mulej Alla, sultan tas-sema, Alla Missier li tista' kollox, Mulej Iben, Int wild waħdieni, Inti Ġesù, l-Midluk, il-Kristu, Mulej Alla, ħaruf ta' Alla, bin il-Missier: Int li tneħħi id-dnubiet tad-dinja, Ħenn għalina, ħenn għalina. Int li tneħħi id-dnubiet tad dinja, Ilqa' talbna, ilqa' t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier Ħenn għalina, ħenn għalina. Għax Int waħdek qaddis, Inti waħdek Mulej, inti waħdek il-għoli Ġesù Kristu mal-Ispirtu s-Santu fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen. |
