Ġejjin niltaqgħu miegħek (Veniamo ad incontrarti) (Miġjuba għall-Malti minn René Micallef) Nilqgħu ġo fina, Mulej, f'dan il-jum Il-ħobż imqaddes li ħejjejtilna, għax tant ħabbejtna. Arana, ġejjin niltaqgħu miegħek Ħa ngħixu t-tifkira ta' dik l-Ikla mill-ġdid Dik l-Ikla li ridtna naqsmu miegħek u ma' ħutna l-bnedmin. X'ħin nirċevuk, o Ġesù, f´dan l-imkien Inti tibdilna, inti tfejjaqna, inti taħjina. Insiru dak li jinżera' fina, Nissawru fil-Ġisem wieħed tiegħek, flimkien Nissieħbu fil-ħidma tiegħek, int u ġġedded lil kull ħolqien. Meta noħorġu w nitbegħdu minn hawn Se nġorru f'qalbna l-Preżenza tiegħek, il-Kelma tiegħek. Se nfittxu fil-bixra ta' kull bniedem Id-dija ta' min, b'xi mod, sar jafek mill-qrib, B'hekk nistgħu lkoll nissawru f'komunità ta' ħbieb fil-Mulej. |
