Għanja ġdida fil-ġemgħa tal-Mulej - Salm 149 R. Kantaw lill-Mulej għanja ġdida, fil-ġemgħa ta' ħbiebu foħritu, O Israel thenna b'min ħalqek, ja wild Sijon, itpaxxa b'Sultanek. Ħa jfaħħar biż-żfin l-isem tiegħu, bid-daqq tat-tambur u taċ-ċetra! Għax b'niesu jitgħaxxaq Mulejna, il-fqajjar isebbaħ bir-rebħa. /R. Jinfexxu ħbieb Alla jtuh glorja u jaqbżu ferħana fuq friexhom! Mogħnija b'foħritu fuq fommhom, bi sjuf b'żewgt ixfar ġo idejhom. /R. Se jfitxu mill-ġnus jieħdu ħlashom, lis-slaten jorbtulhom bil-ktajjen, b'irbit tal-ħadid lis-setgħana, hekk jagħmlu il-ħaqq minn ġens ħajjen. Dan hu ġieħ għall-ħbieb tal-Mulej, Hallelujah! Hallelujah!, Dan hu ġieħ għal ħbieb tal-Mulej, Hallelujah!, Hallelujah! |
