O Alla, hu int l-Alla tiegħi, bil-ħerqa, bix-xenqa infittxek. Ininu għalik ruħi, u ġismi, bħal roqgħa art niexfa w imqaxqxa, bħal roqgħa art niexfa, maħruqa. Fit-tempju, arani ġejt fejnek, nitgħaxxaq b'setgħetek u b'sebħek. Għax aqwa mill-ħajja, tjubitek, xoftejja ixandru tweġġiħek, xoftejja ixandru foħritek. Għalhekk ser inbierkek, Mulej, se nbierkek tul ħajti kollha, ser ngħoli idejja lejk u nsejjaħ ismek. Nimtela, b'kull benna li ssemmen, xoftejja ferrieħa jgħannulek, x'ħin fik, hemm fuq friexi, niftakar, u f'sahret il-lejl nehwden fuqek, u f'sahret il-lejl naħseb fuqek. Għax inti għajnuna għalija, għad-dell ta' ġwenħajk ngħanni hieni. Ir-ruħ tiegħi miegħek tingħaqad, tassew li lemintek triffidni, tassew li lemintek tweżinni. Għalhekk ser inbierkek, Mulej, se nbierkek tul ħajti kollha, ser ngħoli idejja lejk u nsejjaħ ismek. |
