Kant għall-Liturġija

Recent site activity

Bħas-sebħ ifiġġ dawlek



Bħas-sebħ ifiġġ dawlek
René Micallef

Int ibni int tgħid li tħobbni, li kuljum tfittex mogħdijieti,
Tagħmel ta' rasek u taħseb li qed togħġob lill-Mulej.

Ħoll il-ħbula tal-ħażen, qatta l-irbit tal-madmad, eħles lill-maħqurin.

Imbagħad bħas-sebħ ifiġġ dawlek, u malajr jiġi l-fejqan tiegħek;
 jimxi quddiemek is-sewwa u warajk sebħ il-Mulej.

Itma' lil ħuk imġewwaħ, lil ta' bla dar, kenninhom, libbes lill-imċerċrin.

Imbagħad tassew u għal dejjem il-Mulej imexxik minn idek.
Imqar fix-xagħri int tixba', b'saħħa w qawwa hu jimlik.

Meta trażżan ilsienek u tistmell l-inġustizzja, jiddi dawlek fid-dlam, jiddi dawlek fid-dlam.

Attachments (1)

  • Bhas-sebh ifigg dawlek.mp3 - on Sep 13, 2008 5:01 PM by René Micallef (version 1)
    1469k Download